Livre - L-Identita kulturali ta' Malta
B 6441 / B 6442
Description
Livre
Government of Malta : Department of Information
Cortis Toni 1941 - ...
Malte
Presentation materielle : 1 vol. (274 p.)
Dimensions : 21 cm
Il-Jien ta' kull bniedem ma għandux bżonn ta' definizzjoni. Lidentita ta' nazzjon tinħass iktar milli tiġi deskritta. Nafu li aħna Maltin u l-ispirtu ta' nazzjonalita għalina, ta' poplu wieħed, żgħir u għalih, qiegħed fina lkoll. Ħaddieħor jista' jiġġudikana, kif aħna niġġudikaw lilna nfusna, u meta qed inqisu l-ġudizzju nistgħu nsibu ħwejjeġ karatteristiċi li bihom ningħarfu, li bihom jagħrfuna. Iżda ma hemmx dubju li hemm identita Maltija 'l fuq minn dak li jagħżilna bħala element ta' distinzjoni. Aktarx li dak li jgħaqqadna flimkien mhux marbut ma' razza fiżika. I1-ġenetika tal-poplu Malti hi għanja u varja: ma hemm l-ebda tip ta' persuna li nistgħu nqisuh tipikament Malti. Niesna waslu hawn f'sekli differenti. Għadek tista' tinduna meta tħares lejn folla Maltija kemm-il ġidd divers ikkontribwixxa għan-nisġa ta' ġensna. L-għaqda tagħna bħala poplu hi għaqda ta' kultura, ta' lsien, ta' sentiment, ta' storja, ta' tagħlim, ta' twemmin, ta' drawwiet, ta' kuxjenza komuni għalina lkoll. L-identita tagħna hi kulturali u mhix fiżika.
The Editorial note and Table of Contents are included within this document. Dan il-ktieb ġie ppreparat mill-Kumitat taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-25 Anniversarju ta' l-Indipendenza, Ministeru ta' l-Edukazzjoni