Livre - H̄aġa moh̄ġaġa u tah̄bil il-moh̄h̄ leh̄or
B 5972
Description
Livre
Book Distributors
Cassar Pullicino Ġuże 1921 - 2005
Presentation materielle : 175 pages
Dimensions : 21 cm
Magħmula minn sensiela ta’ kleim, imnebbaħ aktarx minn xi tixbieh fil-ħolqien jew fil-ħajja ta’ madwarna, il-ħaġa moħġaġa tasal għandna issa taħt għamla ta’ taqbila qasira u ħafifa, u issa ta’ mistoqsija li ttik x’tifhem xi ħaġa li ma tingħadx. Insibuha daqqa mdefssa biex iżżejjen ħrafa ġejja minn żmien il-qedem, oħra biex tfisser dubju jew inkella verità li mal-mogħdija taż-żmien tant intgħoġbot li l-ħaġa moħġaġa saret biċċa waħda mal-qwiel tal-pajjiż. Xi waħdiet bqajt niftakarhom minn tfuliti, kif kont ngħidhom ma’ sħabi qabel nidħlu fl-iskola, mat-tfal tal-Mużew, filgħaxijiet ħdejn l-Erwieħ ta’ Ħal Tarxien, jew fejn il-baħar Birżebbuġa fis-sajf. Ħafna minnhom konna nisimgħuhom m’għand irġiel ikbar minna u mbagħad konna nibdew nistaqsuhom lil xulxin bejnietna. Meta kbirt bdejt niġri f’ħafna rħula u staqsejt bosta nies, kien hemm xi tfal stess li kienu jifirħu jġibuli xi ħaġa moħġaġa miktuba fuq karta kif kienu qaluha waqt il-logħob. Oħrajn qaluhomli ħbieb tiegħi fl-irħula tagħna. Imbagħad fl-1950 beda jsir programm fuq il-ħaġa moħġaġa fuq ir-Rediffusion, u bis-saħħa tiegħu smajt b’oħrajn ġodda. Fil-ħaġa moħġaġa tinħass tħabbat ir-ruħ tal-poplu li ried, biex ngħid hekk, joħroġ jew joħloq bħal tagħlim fuq regoli msawrin minnu nnifsu biex iwessa’ l-moħħ, iħaffef u jgħaġġel il-pronunzja, iżid il-qawwa ta’ l-osservazzjoni fil-bniedem u jkabbar il-ħażna ta’ tagħrif li huwa jiret mal-ħajja li jitwieled fiha. – Ġużè Cassar Pullicino